IL-POLITIKA DWAR IL-PRIVATEZZA TAD-DATA TA’ COOPERSURGICAL Choose your language: English Bulgarian Croatian Czech Danish Dutch Estonian Finnish French Irish (Gaeilge) German Greek Hungarian Italian Latvian Lithuanian Maltese Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Spanish Swedish A. DWAR DIN IL-POLITIKA Aħna impenjati li nipprovdulek prodotti u servizzi professjonali u ta’ valur waqt li nissalvagwardjaw ilprivatezza tiegħek. Din il-Politika dwar il-Privatezza tad-Data (ukoll “il-Politika”) tiddeskrivi meta, għaliex u kif niġbru, nużaw u nittrattaw b’xi mod ieħor (kollettivament “il-proċess”) l-informazzjoni personali dwar ilklijenti tagħna, il-klijenti potenzjali, il-bejjiegħa, il-bejjiegħa potenzjali, l-imsieħba fin-negozju u l-utenti tas-siti web tagħna (“is-Suġġetti tad-Data”). Id-“Data Personali” hija kwalunkwe informazzjoni rrelatata miegħek, li tista’ tintuża biex inti tkun identifikat personalment, kemm direttament kif ukoll indirettament. Aħna nistgħu nipproċessaw id-Data Personali tiegħek, kif deskritt f’din il-Politika dwar il-Privatezza tad-Data u kif deskritt meta aħna niġbru d-data mingħandek. Il-Politika dwar il-Privatezza tagħna trid tinqara flimkien ma’ kwalunkwe avviż legali jew termini u kundizzjonijiet oħrajn ipprovduti lilek meta aħna niġbru d-data mingħandek (jew fi stadju aktar tard) jew li huma disponibbli f’paġni oħrajn tassit web tagħna. Fejn tuża s-siti web tagħna, aħna nipproċessaw id-Data Personali tiegħek miġbura billi nużaw ilcookies f’konformità mal-Politika dwar il-Cookies tagħna. Jekk jogħġbok ara l-Politika dwar il-Cookies tagħna. B. MIN HU RESPONSABBLI GĦAD-DATA TIEGĦEK? Aħna, CooperSurgical, bis-sede fl-Ewropa ġo: Knardrupvej 2, 2760 Målov, Id-Danimarka – ilkontrollur tad-data tad-Data Personali tiegħek. Nistgħu niġu kkuntattjati f’[email protected] u bit-telefown: +45 4679 0200. Fejn CooperSurgical tikkondividi d-Data Personali mal-Affiljati ta’ CooperSurgical (l-“Affiljati”, li tfisser is-sussidjarji tagħna, il-kumpanija omm apikali tagħna u s-sussidjarji tagħha), l-Affiljati huma wkoll kontrolluri tad-data kif spjegat f’din il-Politika dwar il-Privatezza tad-Data. Id-dettalji talAffiljati, inkluż il-post fejn jinstabu, huma elenkati f’https://www.coopersurgical.com/Affiliates u fl-Appendiċi 1. F’din il-Politika dwar il-Privatezza tad-Data, ir-referenzi għal “aħna”, “magħna” jew “tagħna” jfissru CooperSurgical u/jew l-Affiljati. Ir-referenzi għal “inti” jew “tiegħek” huma għas-Suġġetti tad-Data. C. LIEMA DATA NIPPROĊESSAW U GĦALIEX? It-tipi ta’ informazzjoni li aħna nistgħu niġbru mingħandek, skont kif inti tirreaġixxi magħna (pereżempju kif inti tuża s-siti web tagħna), u l-għanijiet tal-ipproċessar jinkludu: Il-Kategorija tas-Suġġett It-tip ta’ informazzjoni L-għanijiet tal-ipproċessar Il-bażi legali tal-ipproċessar Kliniċi u Tobba ismek l-indirizz tiegħek (tannegozju u personali) l-indirizz elettroniku tiegħek in-numri tattelefown tiegħek (tan-negozju u personali) il-kronoloġija tax-xiri tiegħek It-titlu tax-xogħol Is-Settur tal-Impjieg Il-kanali tal-media biex nibgħatulek il-prodotti mixtrija mingħandna biex infornulek isservizzi mixtrija mingħandna it-twettiq ta’ ftehim miegħek li aħna għandna fis-seħħ, inkluż il-ġbir ta’ ħlasijiet mingħandek, nibagħtu lfatturi, rendikonti, infakkruk dwar it-tiġdid ta’ servizz u nfakkruk dwar il-ħlasijiet biex nibagħtulek komunikazzjonijiet kummerċjali li mhumiex talmarketing biex nibgħatulek komunikazzjonijiet talmarketing (inklużi nnewsletters elettroniċi tagħna) li jirrelataw malprodotti jew is-servizzi tagħna, jekk inti tkun tlabthom biex inkunu konformi malobbligi legali u regolatorji tagħna it-twettiq ta’ ftehim miegħek li għandna fis-seħħ il-kunsens tiegħek (jekk mitlub u pprovdut) Klijenti potenzjali ismek l-indirizz tiegħek (tan-negozju u personali) l-indirizz elettroniku tiegħek in-numri tattelefown tiegħek (tan-negozju u personali) biex nibgħatulek komunikazzjonijiet talmarketing (inklużi nnewsletters elettroniċi tagħna) li jirrelataw mal-prodotti tagħna, is-servizzi, aħbarijiet xjentifiċi u settorjali jekk inti tkun tlabthom il-kunsens tiegħek (jekk mitlub u pprovdut) Il-klijenti (inklużi l-kliniċi) ismek l-indirizz tiegħek (tan-negozju u personali) l-indirizz elettroniku tiegħek in-numri tat-telefown tiegħek (tan-negozju u personali) it-titlu tal-impjieg, l-irwol tiegħek biex nibgħatulek il-prodotti mixtrija mingħandna biex infornulek is-servizzi mixtrija mingħandna it-twettiq ta’ ftehim li għandna fis-seħħ, inkluż il-ġbir ta’ ħlasijiet mingħandek, nibagħtu l-fatturi, rendikonti, infakkruk dwar it-tiġdid u nfakkruk dwar il-ħlasijiet biex nibagħtulek komunikazzjonijiet kummerċjali li mhumiex tal-marketing biex nibgħatulek komunikazzjonijiet tal-marketing (inklużi nnewsletters elettroniċi tagħna) li jirrelataw mal-prodotti jew is-servizzi tagħna, jekk inti tkun tlabthom biex inkunu konformi mal-obbligi legali u regolatorji tagħna it-twettiq ta’ ftehim miegħek li għandna fis-seħħ il-kunsens tiegħek (jekk mitlub u pprovdut) Bejjiegħa u bejjiegħa potenzjali ismek l-indirizz tiegħek (tan-negozju u personali) l-indirizz elettroniku tiegħek in-numri tat-telefown tiegħek (tan-negozju u personali) it-titlu tal-impjieg, l-irwol tiegħek li jordnaw prodotti u servizzi mingħandek li jistaqsu dwar prodotti u servizzi li jista’ jkun li inti tfornilna biex nibagħtulek li mhumiex tal-marketing komunikazzjonijiet kummerċjali it-twettiq ta’ ftehim miegħek li għandna fis-seħħ, inkluż il-ħruġ ta’ ordnijiet tax-xiri lilek u li jsiru ħlasijiet lilek biex inkunu konformi mal-obbligi legali u regolatorji tagħna it-twettiq ta’ ftehim miegħek li għandna fis-seħħ il-kunsens tiegħek (jekk mitlub u pprovdut) L-utenti tas-siti web tagħna cookies l-indirizz tal-IP il-post ġeografiku fejn jinstabu it-tip u l-verżjoni tal-brawżer is-sistema operattiva informazzjoni rigward iż-żjarat tiegħek fis-siti web u l-użu tagħhom biex namministraw is-siti web tagħna biex nippersonalizzaw is-siti web tagħna biex nippermettulek l-użu tas-servizzi disponibbli fis-siti web tagħna biex inkunu konformi mal-obbligi legali u regolatorji tagħna it-twettiq ta’ ftehim miegħek li għandna fis-seħħ il-kunsens tiegħek (jekk mitlub u pprovdut) L-għanijiet tan-negozju tagħna – aħna nistgħu nużaw id-Data Personali tiegħek ukoll għall-għanijiet interni tan-negozju tagħna (l-interessi leġittimi tagħna) bħal: iż-żamma tar-rekords, l-analiżi tal-istatistika, ir-rapportar intern u l-finijiet tar-riċerka; biex ninvestigaw kwalunkwe lment li inti tagħmel; biex nipprovdu l-evidenza fi kwalunkwe tilwim jew tilwim antiċipat bejnek u aħna; għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi, reati kriminali oħrajn u għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju; għall-irkupru tan-negozju u tad-diżastri (pereżempju biex noħolqu l-back-ups); biex niżguraw is-sigurtà tan-netwerk u l-informazzjoni; biex nikkuntattjawk bħala rappreżentant ta’ kumpanija li hija klijenta jew bejjiegħa fir-rigward tar-relazzjoni tagħna ma’ dik il-kumpanija; biex nikkuntattjawk bħala rappreżentant ta’ kumpanija li aħna nqisuha bħala klijenta potenzjali jew bejjiegħa; biex nikkuntattjawk fir-rigward ta’ kawżi ta’ karità li aħna nappoġġjaw; biex nospitaw, inżommu u bi kwalunkwe mod nissapportjaw l-operat tas-siti web tagħna, ikluż li nippersonalizzaw diversi aspetti tas-siti web tagħna biex intejbu l-esperjenza tiegħek; għaż-żamma/ħżin tad-dokumenti u d-data; biex nipproteġu d-drittijiet, il-proprjetà, u/jew is-sikurezza ta’ CooperSurgical, kwalunkwe Affiljat, il-persunal tagħha u oħrajn; u biex niżguraw il-kwalità tas-servizzi li nipprovdu lill-klijenti tagħna u Suġġetti tad-Data oħrajn. Aħna nemmnu li r-riskju għad-drittijiet tiegħek għall-protezzjoni tad-data fir-rigward tad-Data Personali li aħna nipproċessaw abbażi tal-interessi leġittimi tagħna mhuwiex eċċessiv jew intrusiv wisq. Aħna stabbilixxejna wkoll protezzjonijiet għad-drittijiet tiegħek billi niżguraw perjodi xierqa ta’ żamma u kontrolli tas-sigurtà. Barra minn hekk, nistgħu nużaw id-Data Personali tiegħek għal għanijiet speċifiċi addizzjonali li jkunu ċċarati fil-punt tal-ġbir tad-Data Personali tiegħek. Jekk tagħżel li ma tipprovdix id-Data Personali mitluba minna, nistgħu ma nkunux kapaċi nipprovdulek il-prodotti u/jew is-servizzi li tkun tlabt jew b’ xi mod ieħor nissodisfaw l-għan(ijiet) li għalih(om) inkunu tlabna d-Data Personali. D. KIF U META NIKKONDIVIDU D-DATA MA’ PARTIJIET TERZI? Xi prodotti u/jew servizzi li aħna nipprovdu jirrikjedu l-involviment ta’ partijiet terzi. Aħna ma nbiegħux, ma nikrux, ma niddistribwixxux jew b’xi mod ieħor nagħmlu d-Data Personali disponibbli kummerċjalment lil xi parti terza, ħlief li nistgħu nikkondividu informazzjoni fi ħdan il-grupp ta’ kumpaniji tagħna, mal-fornituri tas-servizzi tagħna u partijiet terzi oħrajn għall-finijiet stabbiliti f’din il-Politika: a) Il-kondiviżjoni tad-data fi ħdan il-grupp CooperSurgical CooperSurgical tista’ tikkondividi d-Data Personali tiegħek mal-Affiljati: fejn ikollna bżonn nagħmlu hekk sabiex nipprovdu l-prodotti u/jew is-servizzi jew informazzjoni li inti tkun tlabt; pereżempju, aħna nittrasferixxu d-Data Personali tiegħek fl-Amerka u l-Afrika t’Isfel. jekk tagħtina l-kunsens biex nagħmlu hekk (pereżempju meta tagħtina l-kunsens għall-komunikazzjonijiet tal-marketing mal-Affiljati) b) Il-kondiviżjoni tad-data mal-fornituri tas-servizzi Aħna nikkondividu wkoll id-Data Personali tiegħek ma’ partijiet terzi li huma l-fornituri tas-servizzi tagħna, li aħna ningaġġaw biex jipprovdu diversi servizzi, fir-rigward ta’: il-kunsinna tal-prodotti tagħna (pereżempju l-kurjers u l-kliniċi); is-servizzi tal-marketing u tar-reklamar (pereżempju l-aġenziji tal-marketing, l-aġenziji interattivi, il-fornituri tas-soluzzjonijiet tal-posta elettronika); is-siti web tagħna (pereżempju l-hosting u ż-żamma tas-siti web tagħna); is-servizzi u s-soluzzjonijiet tal-IT (pereżempju jipprovdu l-ħżin tad-data, jgħinuna fil-ġestjoni tal-bażijiet tad-data); Aħna għażilna bir-reqqa lil dawn il-fornituri tas-servizzi u ħadna passi biex niżguraw li d-Data Personali tiegħek tiġi protetta adegwatament. Il-fornituri tas-servizzi tagħna kollha huma marbuta b’kuntratt miktub biex jipproċessaw id-Data Personali pprovduta lilhom biss għall-finijiet li jipprovdu s-servizz speċifiku lilna u biex iżommu miżuri adatti ta’ sigurtà sabiex jipproteġu d-Data Personali tiegħek. c) Il-kondiviżjoni tad-data ma’ riċevituri oħra Aħna nistgħu nikkondividu wkoll id-Data Personali tiegħek ma’: l-accountants, l-awdituri, l-avukati jew konsulenti simili tagħna meta nistaqsuhom biex jipprovdulna pariri professjonali; kwalunkwe parti terza oħra jekk għandna d-dmir li niżvelaw jew nikkondividu d-Data Personali tiegħek sabiex inkunu konformi ma’ xi obbligu legali, jew biex nipproteġu d-drittijiet, il-proprjetà, u/jew is-sikurezza ta’ CooperSurgical, kwalunkwe Affiljat, il-persunal tagħha u oħrajn; kwalunkwe parti terza oħra għall-finijiet li naġixxu f’konformità mar-rekwiżiti ta’ qorti, regolatur jew aġenzija governattiva, pereżempju, biex inkunu konformi ma’ ordni tal-qorti jew biex inkunu konformi ma’ liġi jew regolament applikabbli; jew investituri jew partijiet terzi rilevanti oħrajn fil-każ ta’ bejgħ potenzjali jew tranżazzjoni korporattiva oħra rrelatata ma’ CooperSurgical u/jew kwalunkwe Affiljat. E. TRASFERIMENTI INTERNAZZJONALI TAD-DATA PERSONALI It-trasferiment tad-Data Personali tiegħek lil jew bejn l-Affiljati, fornituri tas-servizzi jew riċevituri oħrajn jista’ jirrikjedi li d-Data Personali tiegħek tiġi mibgħuta barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”), f’postijiet li jistgħu ma jipprovdux l-istess livell ta’ protezzjoni bħal dawk fil-pajjiżi taż-ŻEE, inkluż f’pajjiżi terzi li mhumiex koperti b’deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni Ewropea, inkluż f’pajjiżi bħal: l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Afrika t’Isfel. Madankollu, nistgħu nittrasferixxu d-Data Personali tiegħek barra miż-ŻEE biss: fejn it-trasferment huwa għal post jew b’metodu jew f’ċirkustanzi li jitqiesu mill-Kummissjoni Ewropea bħala li jipprovdu protezzjoni adegwata għad-Data Personali tiegħek; fejn aħna nkunu stabbilixxejna klawsoli standard ta’ protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni Ewropea jew awtorità rilevanti għall-protezzjoni tad-data; jew fejn l-ebda waħda minn hawn fuq ma tapplika imma aħna xorta legalment għandna l-permess li nagħmlu dan, pereżempju jekk it-trasferiment huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt konkluż megħek jew fl-interess tiegħek, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali. Inti tista’ titlob aktar dettalji dwar is-salvagwardji li għandna stabbiliti fir-rigward tat-trasferimenti tad-Data Personali ‘l barra miż-ŻEE u fejn hu applikabbli kopja tal-klawsoli standard ta’ protezzjoni tad-data li għandna stabbiliti billi tikuntattjana f’: [email protected]. F. GĦAL KEMM ŻMIEN INŻOMMU MAĦŻUNA D-DATA PERSONALI? Hija l-politika tagħna li nżommu d-Data Personali tiegħek għat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-fini speċifika jew finijiet speċifiċi li għaliha(hom) hija ġiet miġbura (pereżempju għat-twettiq ta’ ftehim magħmul miegħek). Madankollu, aħna obbligati naħżnu xi Data Personali għal żmien itwal, meta jitqiesu fatturi li jinkludu: -obbligu(i) legali taħt il-liġi applikabbli biex inżommu d-data għal ċertu perjodu ta’ żmien (pereżempju l-konformità mar-rekwiżiti tat-taxxa u l-kontabilità); l-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali (pereżempju għall-finijiet ta’ tilwima potenzjali). Waqt li nkomplu nipproċessaw id-Data Personali tiegħek, aħna se niżguraw li qed tiġi ttrattata skont din il-Politika dwar il-Privatezza tad-Data. Inkella, aħna nħassru b’mod sigur jew nanonimizzaw id-Data Personali tiegħek ladarba ma tkunx aktar meħtieġa. Jekk tkun tixtieq issir taf għal kemm żmien inżommu d-Data Personali tiegħek għal xi fini partikulari, tista’ tikkuntattjana f’: [email protected]. Għal aktar informazzjoni dwar għal kemm żmien jinħażnu l-cookies, jekk jogħġbok irreferi għall-Politika dwar il-Cookies tagħna. G. AĦNA KIF NIPPROTEĠU D-DATA TIEGĦEK? Aħna nirrikonoxxu li d-Data Personali tiegħek tista’ tkun kunfidenzjali. Aħna nżommu l-kunfidenzjalità ta’ u nipproteġu d-Data Personali tiegħek skont il-Politika dwar il-Privatezza tad-Data tagħna u l-liġijiet kollha applikabbli, inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 2016/679 (“GDPR“). Aħna implimentajna miżuri ta’ sigurtà teknoloġiċi u operattivi sabiex nipproteġu d-Data Personali tiegħek minn telf, użu ħażin, jew tibdil jew qerda mhux awtorizzati. Tali miżuri jinkludu l-użu ta’ firewalls, kriptaġġ, proċessi adatti ta’ ġestjoni tad-dritt tal-aċċess, l-għażla bir-reqqa tal-proċessuri u miżuri tekniċi u kummerċjali raġonevoli oħrajn biex nipprovdu protezzjoni adatta għad-Data Personali tiegħek. Fejn hu adatt, aħna nistgħu wkoll nagħmlu kopji backup u nużaw tali mezzi oħrajn biex nimpedixxu l-ħsara aċċidentali jew il-qerda tad-Data Personali tiegħek. Dawn il-miżuri jiżguraw livell adatt ta’ sigurtà fir-rigward tar-riskji inerenti fl-ipproċessar u n-natura tad-Data Personali li trid tiġi protetta. Jekk jogħġbok innota madankollu li fejn inti tkun qed tittrasmetti l-informazzjoni lilna fuq l-internet qatt ma jista’ jiġi ggarantit li dan huwa 100% sigur. Għal kwalunkwe ħlas li nieħdu mingħandek online aħna se nużaw sistema rrikonoxxuta ta’ ħlas sigur online. Aħna se ninnotifikawk minnufih fil-każ ta’ kwalunkwe vjolazzjoni tad-Data Personali tiegħek li tista’ tesponik għal riskji serji. H. ID-DRITTIJIET TIEGĦEK It-taqsima li ġejja tispjega d-drittijiet tiegħek li inti tista’ teżerċita. Id-drittijiet varji mhumiex assoluti u kull wieħed huwa soġġett għal ċerti eċċezzjonijiet jew kwalifiki skont il-GDPR u dispożizzjonijiet oħrajn applikabbli b’mod ġenerali tal-liġi dwar il-privatezza tad-data. Id-dritt li tkun infurmat – inti għandek id-dritt li tiġi pprovdut b’informazzjoni ċara, trasparenti u li tiftiehem faċilment dwar kif aħna nużaw id-Data Personali tiegħek. Din hija r-raġuni għaliex qed nipprovdulek l-informazzjoni f’din il-Politika dwar il-Privatezza tad-Data u fi kwalunkwe avviż legali jew termini u kundizzjonijiet ipprovduti lilek. Id-dritt tal-aċċess – inti għandek id-dritt li tikseb mingħandna l-konferma dwar jekk id-Data Personali tiegħek hijiex qed tiġi pproċessata minna jew le, u dwar ċerta informazzjoni oħra (simili għal dik ipprovduta f’din il-Politika) dwar kif qiegħda tintuża. Inti għandek ukoll id-dritt li taċċessa d-Data Personali tiegħek, billi titlob kopja tad-Data Personali li tikkonċerna lilek. Dan sabiex inti tkun konxju u tista’ tiċċekkja li aħna qed nużaw l-informazzjoni tiegħek skont il-liġi tal-protezzjoni tad-data. Aħna nistgħu nirrifjutaw li nipprovdulek l-informazzjoni fejn jekk nagħmlu hekk tkun żvelata data personali dwar persuna oħra jew li b’xi mod ieħor ikollu impatt negattiv fuq id-drittijiet ta’ persuna oħra. Id-dritt għar-rettifika – inti tista’ titlobna nwettqu miżuri sabiex nikkoreġu d-Data Personali tiegħek jekk ma tkunx preċiża jew mhux kompluta (pereżempju jekk għalik għandna isem jew indirizz ħażin). Id-dritt għat-tħassir – dan huwa magħruf ukoll bħala ‘id-dritt li wieħed jintesa’ u, f’termini sempliċi, jippermettilek li titlob it-tħassir jew it-tneħħija tad-Data Personali tiegħek fejn, pereżempju, m’hemmx raġuni konvinċenti biex aħna nkomplu nżommuha jew l-użu tagħha huwa illegali. Dan madankollu mhuwiex dritt ġenerali għat-tħassir u hemm xi eċċezzjonijiet, pereżempju fejn neħtieġu nużaw l-informazzjoni biex niddefendu talba legali jew biex inkunu nistgħu nikkonformaw ma’ xi obbligu legali. Id-dritt li tirrestrinġi l-ipproċessar – inti għandek id-dritt li ‘timblokka’ jew trażżan l-użu tad-Data Personali tiegħek meta aħna nkunu qed nivvalutaw talba għar-rettifika jew bħala alternattiva għat-tħassir. Meta l-ipproċessar huwa ristrett, aħna xorta nistgħu naħżnu d-Data Personali tiegħek, imma ma nkunux nistgħu nużawha aktar. Id-dritt għall-portabilità tad-data – inti għandek id-dritt li tikseb u tuża mill-ġdid ċerta Data Personali għall-finijiet tiegħek stess ma’ organizzazzjonijiet differenti (li huma kontrolluri tad-data separati). Dan japplika biss għad-Data Personali tiegħek li inti pprovdejtilna u li qed nipproċessaw bil-kunsens tiegħek u għall-finijiet tat-twettiq ta’ kuntratt, li qed tiġi pproċessata b’mezzi awtomatizzati. F’tali każ aħna nipprovdulek kopja tad-data tiegħek f’format strutturat, li jintuża komunement u li jista’ jinqara b’magna jew (fejn hu teknikament fattibbli) nistgħu nittrasmettu d-data tiegħek direttament lil kontrollur tad-data separat. Id-dritt li toġġezzjona – inti għandek id-dritt li toġġezzjoni għal ċerti tipi ta’ pproċessar, għal raġunijiet irrelatati mas-sitwazzjoni partikulari tiegħek, fi kwalunkwe ħin sakemm dak l-ipproċessar iseħħ għall-finijiet ta’ interessi leġittimi segwiti minn CooperSurgical, kwalunkwe Affiljat jew minn riċevitur tad-data. Aħna nitħallew inkomplu nipproċessaw id-Data Personali jekk nistgħu nuru raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tiegħek jew li aħna neħtieġu dan għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali. Jekk inti toġġezzjona għall-ipproċessar tad-Data Personali tiegħek għall-finijiet ta’ marketing dirett, aħna ma nipproċessawx aktar id-Data Personali tiegħek għal tali finijiet. Id-dritt li tirtira l-kunsens – fejn aħna nipproċessaw id-Data Personali tiegħek abbażi tal-kunsens tiegħek, inti għandek id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin. Madankollu, tali irtirar ma jaffettwax il-legalitá tal-ippoċessar li seħħ qabel tali irtirar. I. KIF TIKKUNTATTJANA Jekk tixtieq titlob aktar informazzjoni jew teżerċita kwalunkwe wieħed mid-drittijiet t’hawn fuq, jew jekk inti mdejjaq bil-mod kif aħna ttrattajna d-Data Personali tiegħek, ikkuntattja l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tagħna f’: [email protected]. Qabel nivvalutaw it-talba tiegħek, nistgħu nitolbu informazzjoni addizzjonali sabiex nidentifikawk. Jekk ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba u, bħala riżultat, ma nkunux f’pożizzjoni li nidentifikawk, nistgħu nirrifjutaw li nazzjonaw it-talba tiegħek Ġeneralment, aħna nwieġbu għat-talba tiegħek fi żmien xahar minn meta nirċievu t-talba tiegħek. Nistgħu nestendu dan il-perjodu b’xahrejn addizzjonali jekk dan huwa meħtieġ meta tqis il-kumplessità u n-numru tat-talbiet li inti ssottomettejt. Ma niċċarġjawkx ħlas għal tali komunikazzjonijiet jew azzjonijiet li nwettqu, ħlief: jekk titlob kopji addizzjonali tad-Data Personali tiegħek li qed isirilha l-ipproċessar, imma f’dan il-każ nistgħu niċċarġjawk għall-ispejjeż amministrattivi raġonevoli tagħna, jew tissottometti talbiet manifestament bla bażi jew eċċessivi, b’mod partikulari minħabba l-karattru repetittiv tagħhom, u f’dan il-każ nistgħu jew niċċarġjawk għall-ispejjeż amministrattivi raġonevoli tagħna jew nirrifjutaw li naġixxu rigward it-talba. Jekk m’intix sodisfatt bit-tweġiba tagħna għall-ilment tiegħek jew temmen li l-ipproċessar tagħna tad-Data Personali tiegħek mhuwiex konformi mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, inti tista’ tirreġistra lment mal-awtorità rilevanti għall-protezzjoni tad-data. L-Ispettur Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data Personali (Datatilysnet), jew is-suċċessur tiegħu, huwa l-awtorità għall-protezzjoni tad-data fid-Danimarka.